Madonna mhijiex xi waħda li tistħi meta tiġi biex tiżvela dwar il-ħajja sesswali tagħha. F’intervista ma’ Page Six, ġiet mistoqsija ma’ liema sieħeb kellha l-aqwa sess.
“Se nsemmi biss nies mejtin,” wieġbet Madonna. “John Kennedy Jr.” Madonna ħarġet ma’ Kennedy fl-aħħar tas-snin tmenin – fatt imsemmi anke fis-serje FX dwar Kennedy li ħareġ din is-sena, bl-isem ta’ Love Story: John F Kennedy & Carolyn Bernette.
Madonna semmiet ukoll lil Jean-Michel Basquiat, Luke Perry u Tupac Shakur bħala kontendenti.