Illum jagħlaq sninu l-attur bravissimu lokali Clint Chircop, li rajnieh f’produzzjonijiet popolari bħal Division 7, Deja Vu, u riċentament L-Ispettur Leonard.
Apparti l-irwol tiegħu ta’ attur, Clint huwa għalliem tad-drama wkoll ġewwa The Malta Visual And Performing Arts school.

Ritratt: Facebook/ L-Ispettur Leonard
Fuq il-midja soċjali jkollna ċ-ċans anke li ngawdu t-talent mużikali tiegħu, fejn jitfa’ filmati jdoqq xi kanzunetta popolari.
Kienu bosta li bagħtu x-xewqat sbieħ tagħhom għal Clint fuq il-midja soċjali. Awguri mill-qalb lil Clint. Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!