Chris Bonett kiteb messaġġ lil persuna importanti f’ħajtu, l-għażiż ibnu Matteo.
“Il-kbir tagħna llum jagħlaq 12. Għadek ma tafx kemm tagħmilna kburin. Minkejja li għadek żgħir fl-eta’, taħseb, titkellem u tirraġuna ta’ raġel u l-imħabba li rajtek turi lejn in-nies, speċjalment f’dan l-aħħar xahar, jurina li qiegħed fit-triq it-tajba għax taf tifhem u tħobb lil kulħadd,” jikteb Chris.
Hu jkompli, “Diġa’ moħħna mistrieħ li l-valuri huma f’posthom. Happy Birthday Matteo. Inħobbuk wisq xx …issa niċċelebraw waħda ta’ veru Champ!”
Qasam anke ritratt tagħhom flimkien għall-okkażjoni, fejn bosta kkummentaw biex jawguraw lil Matteo. It-tim ta’ Gwida.mt jgħidlek Awguri Matteo!
Facebook/ Chris Bonett