L-Attur Jean Carbonaro Se Jkun Qed Jirritorna Fuq It-Televiżjoni Maltija Wara Kważi Għaxar Snin

Carbonaro, li ħafna jiftakruh għar-rwol tiegħu fis-serje popolari L-Għarusa, qasam l-aħbar permezz ta’ messaġġ esklussiv magħna ta’ Gwida fejn spjega li matul dawn l-aħħar tmien snin kien qed jgħix u jaħdem f’Londra. Hemmhekk iffoka fuq l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-proġetti ċinematografiċi tiegħu stess, filwaqt li kompla jibni l-karriera tiegħu fl-industrija tal-films.

Issa li reġa’ lura Malta għal perjodu ta’ żmien, Carbonaro qal li huwa unur kbir għalih li jerġa’ jgħaqqad il-konnessjoni tiegħu mal-industrija tad-divertiment Maltija u mal-udjenzi lokali. L-attur żvela li se jkun qed jingħaqad mal-produzzjoni Il-Kliem Moħbi fuq GO TOKIS minn Ottubru li ġej, pass li se jimmarka uffiċjalment ir-ritorn tiegħu fuq it-televiżjoni wara snin twal bogħod mill-iskrin Malti.

“Dan ir-ritorn huwa pass importanti u sinifikanti fil-karriera tiegħi,” stqarr Carbonaro, filwaqt li esprima l-apprezzament tiegħu lejn dawk kollha li se jkomplu jappoġġjawh f’dan il-kapitlu ġdid.

L-aħbar tqajjem interess fost dawk li segwew ix-xogħol tiegħu fil-passat, hekk kif ħafna se jkunu qed jistennew biex jerġgħu jarawh fuq l-iskrins Maltin fil-ġimgħat li ġejjin.

Awguri!







Ritratti:

Facebook / Jean Carbo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI