Qed isir appell lill-pubbliku wara li nstab qattus fit-Trejqa tal-Barrieri, Xewkija.
Il-qattus jidher li huwa mdorri man-nies u bħalissa qed jingħata kura temporanja sakemm jinstab sidu.
Minkejja li l-qattus huwa msewwi, ma nstab l-ebda microchip fuqu, u skont informazzjoni li waslet, mhux parti mill-kolonji tal-qtates magħrufa fiż-żona.
Għalhekk hemm il-possibbiltà li ntilef jew tbiegħed minn daru. Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-qattus jew jaf lil min jista’ jgħin, huwa mitlub iċempel fuq 7969 1717.
Xerrdu ma’ sħabkom biex ngħinu kemm nistgħu.