“Xejn Ma Jiddi Aktar Mit-Tbissima Tiegħek” – Keith Panelli Lil Bintu Minna

Keith Panelli reġa’ ġibed l-attenzjoni tas-segwaċi tiegħu fuq il-midja soċjali wara li qasam ritratt mill-isbaħ ma’ bintu Minna waqt inżul ix-xemx.

Fir-ritratt, Keith jidher iżomm lil Minna f’dirgħajh hekk kif it-tnejn qed jitbissmu quddiem xenarju sabiħ ta’ nżul ix-xemx. Madankollu, kien il-messaġġ li akkumpanja r-ritratt li tassew kompla jikkumplimentah. “Il-ġmiel ta’ nżul ix-xemx joħloq xenarju mill-isbaħ iżda xejn ma jiddi daqs it-tbissima tiegħek,”kiteb Keith, b’referenza għat-tbissima ta’ Minna li serqet bosta qlub.

Il-‘post’ ġabar bosta kummenti pożittivi mingħand is-segwaċi li faħħru kemm ir-ritratt kif ukoll ir-rabta sabiħa bejn missier u bint.Keith u Yazmin Helledie spiss jaqsmu mumenti mill-ħajja tal-familja tagħhom u Minna saret waħda mill-aktar uċuħ maħbuba mis-segwaċi tagħhom fuq il-midja soċjali.

Bla dubju, dan ir-ritratt kompla jfakkar kemm huma speċjali dawk il-mumenti sempliċi tal-familja, speċjalment meta jkunu akkumpanjati minn tbissima li, kif qal Keith stess, tiddi aktar minn kull inżul ix-xemx.







Ritratti:

Instagram/ Panelli04

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI