L-Imsemmi Prodott Li Jiġi F’Kuntatt Mal-Ikel M’Għandux Jintuża Minħabba ‘Primary Aromatic Amines’

Kuċċarrun

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf (RASFF), l-imsemmi prodott li jiġi f’kuntatt mal-ikel m’għandux jintuża minħabba li nstab li waqt l-użu jista’ jkun hemm migrazzjoni ta’ “Primary Aromatic Amines”.

Primary Aromatic Amines huma sustanzi kimiċi li jistgħu jemigraw minn oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel lejn l-ikel innifsu.

Dawn is-sustanzi jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa. Il-prodotti mixtrija bejn Marzu 2025 u Mejju 2026 biss huma involuti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI