Fid-dawl tal-inċident li seħħ nhar it-Tnejn u anke r-reazzjonijiet u kummenti li ġew imxerrda fuq il-midja soċjali, il-paġna Aġġornament tat-temp xtaqet tgħaddi messaġġ.
“Bħalissa għaddej ammont ta’ kliem anki dispreġjattiv kontra l-arti piroteknika. Ma ninsewx li dan huwa kollu xogħol volontarju minn ħafna pirotekniċi ħabrieka. Importanti li wieħed jippjana sewwa l-jum ġo post tan-nar u jivverifika t-temp li bla dubju ta’ xejn għandu impatt kbir, speċjalment l-umdità u t-temperatura. Kulma ngħidu huwa kliem li jweġġa’ kemm favur kif ukoll kontra. Ħaġa waħda nitlob… Nieħdu ħsieb xulxin u nedukaw u ma nweġġgħu lil ħadd.”
Qasmu anke filmat tan-nar tal-art, ir-riżultat ta’ ħidma kontinwa ta’ bosta voluntiera dedikati.