Il-paġna Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard Mosta sellmet il-memorja tas-Sur Raymond Ghigo Laferla, li kien tant maħbub fil-komunità.
“Illum il-Ħamis 4 ta’ Ġunju ser tingħata l-aħħar tislima lis-Sur Raymond Ghigo Laferla li ħalla din id-dinja bħal-lum ġimgħa ilu. Fis-13:30PM il-Banda titlaq f’korteo minn Triq il-Kbira u takkumpanja t-tebut bid-daqq ta’ marċi funebri sal-Bażilika fejn isir il-Funeral li jibda fis-14:30PM.”
Il-paġna qasmet filmat li hu ftit minuti mid-Dokumentarju Kif Jafuha U Jiftakruha fejn ħadu ħsieb il-produzzjoni l-Kummissjoni Żgħażagħ Isouardjani li sar lura fl-2020.
Raymond jidher jirrakkonta sejba interessanti li kien għamel meta serva bħala Arkivista tas-Soċjetà.
Strieħ fis-sliem, Raymond.