Is-sindku Jorge Grech jikteb avviż għall-pubbliku rigward l-istat li nstabet fih iż-żona Triq Villabate. Sfortunatament sitwazzjonijiet bħal dawn għadna qed narawhom kull ma jmur.
“Għal dawk kollha li jaħsbu li għandhom xi dritt divin li jarmu u jħammġu barra, ninfurmakom li fl-aħħar xhur inħarġu 70 multa speċifikament f’din iż-żona ta’ triq Villabate,” Jikteb is-sindku.
Ikompli billi jżid, “Jekk għandek xi dubju li l-kameras ma jaħdmux, żbaljat. Dan il-proċess huwa moniterat flimkien mal- LESA. Ħa naraw kemm ser jibqaw nodfa, għadu kemm sar tindif.”
Hemm bżonn li kulħadd jirrispetta l-ambjent u jkun responsabbli. Il-ħidma li qed issir hi kbira, iżda hemm bżonn il-koperazzjoni tagħna lkoll.
Facebook/ Jorge Grech