F’messaġġ riflessiv li qasam mas-segwaċi tiegħu, Ivan Grech kiteb li kulħadd jagħmel żbalji, jieħu deċiżjonijiet ħżiena u xi kultant jitħalla jinġarr mill-emozzjonijiet jew minn ċirkostanzi mhux mistennija. Huwa rrimarka wkoll li, kemm direttament kif ukoll indirettament, ilkoll nistgħu nkunu weġġajna jew inqasna lil xi ħadd f’xi mument ta’ ħajjitna.
Skont Ivan, il-kuxjenza għandha tkun “il-gwida vera u affidabbli” li tmexxina fid-deċiżjonijiet u fl-azzjonijiet tagħna. Huwa sostna li għalkemm ħadd mhu perfett, meta l-istinti u l-għemil tal-bniedem ikunu f’armonija mal-kuxjenza tiegħu, ikun hemm aktar spazju għall-paċi ġewwa fina. “Il-paċi ta’ ġewwa twassal għal aktar paċi madwarna,” ikkonkluda Ivan.
Flimkien ma’ dan il-messaġġ, Ivan qasam ukoll ritratt minn fuq il-palk quddiem udjenza kbira, b’mijiet ta’ dwal mixgħula mill-pubbliku, xena li kompliet tirrifletti l-messaġġ tiegħu.
Fb/ Ivan Grech