Dawn l-aħħar xhur xejn ma kienu faċli għal Ingrid Sammut hekk kif matulhom hi kellha tiġġieled b’kuraġġ, b’reżiljenza u b’determinazzjoni kontra l-kanċer. Madankollu, illum kien jum sabiħ u mimli tama għaliha hekk kif matulu ċċelebrat il-praċett ta’ bintha Katryna.
Ingrid tistqarr li dan il-mument hu wieħed speċjali għaliha għaliex fl-agħar mumenti tal-ġlieda tagħha mal-kanċer, l-ikbar biża’ li ħasset kienet proprju li l-ħajja ma kinitx se tagħtiha l-opportunità li tara lil bintha tagħmel il-praċett.
F’dan l-isfond, Ingrid tirrifletti kif huma proprju mumenti sbieħ bħal dawn li jagħtu sens u valur lit-tbatija li kull wieħed u waħda minnha ngħaddu minna matul ħajjitna.
Awguri u kuraġġ, Ingrid!
Facebook / Ingrid Sammut