Ixxerja
Hekk kif l-istudenti bdew jew se jibdew l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena, Dr. Lydia Abela kitbet messaġġ biex turi l-appoġġ tagħha lejhom u tħeġġeġ lil kull wieħed u waħda minnhom biex jibqgħu jemmnu.
Dr. Lydia bħala ġenituri tifhem eżatt is-sentimenti f'dan il-perjodu, hekk kif bintha Giorgia Mae ukoll waslulha l-eżamijiet.
"Illum ħafna mill-istudenti tagħna qamu b’taħlita ta’ eċitament, emozzjoni u stennija hekk kif se jpoġġu quddiem l-ewwel karta tal-eżami. U nemmen li ħafna ġenituri qamu bl-istess emozzjonijiet. Jiena waħda minnhom, hekk kif Giorgia Mae wkoll se tibda dan il-perjodu importanti."
Lydia tkompli, "Ngħaddu messaġġ lil kull student biex temmnu fikom infuskom. Agħtu l-aħjar li tistgħu, ibqgħu kalmi u ffukati, u ħallu x-xogħol tagħkom jitkellem għalikom. Ir-riżultati dejjem jaslu."
Tagħlaq billi tawgura lil kull student f'dawn iż-żminijiet.
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.
Spud, Okra, Beet U Sħabhom Jaslu Fl-MSPCA… Iżda Pea Jisraq L-Attenzjoni Kollha Peress Li Jiżen Biss 600 Gramma
Matthea Grech
Ilbieraħ
Jekk dan ma jġiblekx tbissima llum, ma nafux x’jista jġiblek! L-MSPCA qasmet ritratti ta’ grupp ta’ ġriewi ċkejknin li waslu fix-xelter u diġà qed jisirqu l-qlub ta’ ħafna.Minn Spud, Okra, Beet, Sprout, Zucchini, Radish, Chilli, Maize, Pea u Bean, dawn iċ-ċkejknin huma kollha taħlita ta’ Chihuahua u, minkejja d-daqs tagħhom, diġà qed jagħmlu differenza kbira.Fosthom […]