Fuq il-paġna tagħhom Ilwien Janice u John jaqsmu diversi mumenti mill-ħajja tagħhom flimkien ma’ binhom Giuseppe. Minn dak li jaqsmu mill-ħajja tagħhom ta’ kuljum, joħorġu anke messaġġi.
Janice qasmet ritratt ilbieraħ li juri kemm tagħti importanza għall-kreattività. “Naqra arti ma’ Giuseppe, ngħallmu jkun kreattiv u ma jibżax ukoll,” tikteb Janice fuq il-paġna Ilwien.
Fir-ritratt li ppubblikat naraw dak li għenet lil Giuseppe joħloq mill-immaġinazzjoni tiegħu. Huwa veru li minn dawn l-affarijiet, it-tfal kapaċi jrabbu sens ta’ kreattività.
Facebook/ Janice Busuttil