Twissija Biex Ma Tixtrix Dawn Il-Prodotti Tar-Ross

Basmati Ross

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni għadha kemm qasmet avviż mill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel rigward tliet prodotti tar-ross.

It-twissija tgħid li m’għandhomx jinxtraw dawn il-prodotti minħabba preżenza ta’ pestiċida mhux awtorizzata, ossidu tal-etilen (Ethylene Oxide).

L-imsemmija prodotti huma dawn:



Deskrizzjoni tal-Prodott:“Organic Brown Basmati Rice”
Ditta:True Natural Goodness
Użin:1kg
Oriġini:l-Indja / il-Pakistan
Numru tal-Lott:12668A
Data ta’ durabbiltà:23/12/2026
Deskrizzjoni tal-Prodott:“Organic Himalayan Basmati Brown Rice”
Ditta:Biona Organic
Użin:500g
Numru tal-Lott:24022025
Data ta’ durabbiltà:24.08.2026
Deskrizzjoni tal-Prodott:“Long Grain Parboiled Brown Rice”
Ditta:Riso Scotti
Użin:1kg
Oriġini:l-Italja
Numru tal-Lott:26034D
Data ta’ durabbiltà:04/28

Attenti! Ħudu nota dwar dan.





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI