Brandon Terribile narawh dejjem għaddej b’xi produzzjoni jew proġett bil-għan li jgħaddi messaġġ kif ukoll joffri xandir inklussiv. Jidher li għall-istaġun tas-sajf, li jibda dalwaqt, għandu xi ħaġa preparata.
“Bħal sajjetta fil-bnazzi… wara tliet snin , dan is-sajf … X’se jiġri? Ma nafux. X’hemm ippjanat? Kważi xejn. X’jista’ jinqala’? Kollox,” jikteb Brandon.
Apparti minn hekk hu jkompli, “Sajf fl-A/C ssegwi lejla mimlija daħk, spirtu pront u mumenti li jitwieldu hemm u dak il-ħin… bla pjan, bla filtru u, fuq kollox, bla script.”
Dan li ħabbar Brandon ser jibda propju fid-29 ta’ Ġunju li ġej. Ser issegwu?