“Bħal Sajjetta Fil-Bnazzi… Wara Tliet Snin, Dan Is-Sajf… Lejla Mimlija Daħk, Spirtu Pront… Dalwaqt” – Brandon Terribile

Brandon Terribile

Brandon Terribile narawh dejjem għaddej b’xi produzzjoni jew proġett bil-għan li jgħaddi messaġġ kif ukoll joffri xandir inklussiv. Jidher li għall-istaġun tas-sajf, li jibda dalwaqt, għandu xi ħaġa preparata.

“Bħal sajjetta fil-bnazzi… wara tliet snin , dan is-sajf … X’se jiġri? Ma nafux. X’hemm ippjanat? Kważi xejn. X’jista’ jinqala’? Kollox,” jikteb Brandon.

Apparti minn hekk hu jkompli, “Sajf fl-A/C ssegwi lejla mimlija daħk, spirtu pront u mumenti li jitwieldu hemm u dak il-ħin… bla pjan, bla filtru u, fuq kollox, bla script.”

Dan li ħabbar Brandon ser jibda propju fid-29 ta’ Ġunju li ġej. Ser issegwu?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI