Bil-Filmat: “Anke Ġebel Qlajna… Tlaqt Id-Dar Nibki Biki, Għidt, ‘Illum Ma Noħroġx'” – Peter Borg

Peter Borg

Peter Borg se jkun wieħed mill-mistednin waqt Kuxjenza, preżentat minn Maria La Barokka Muscat, fejn ser jirrakkonta sitwazzjoni li għadda minnha hu, u bla dubju hemm ħafna li ġarrbuha.

Għalkemm forsi naqas maż-żmien, xorta għadek issib min jgħaddi minn dan it-trattament inaċċettabbli. “Inbidlet ħafna Malta. Anke ġebel qlajna… tkun miexi liebes ta’ mara u jwaddbulek bajda… u daqshekk il-lejl għalik għadda, tmur id-dar tibki bikja…”

Peter jirrakkonta kif darba kien fuq stage tal-linja u minn karozza waddbulu flixkun sħiħ tal-ilma. “Tlaqt id-dar nibki biki, għidt, ‘Illum ma noħroġx’.”

Segwu Kuxjenza nhar is-Sibt fil-17:30 fuq TVM+







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI