Persuni Allerġiċi Jew Intolleranti Għas-Sulfiti M’Għandhomx Jixtru Minn Dan Iż-Żbib Isfar

Zbib isfar

​Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF).

Il-prodott imsemmi ma għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għas-sulfiti minħabba li nstab li fih sulfiti mhux iddikjarat fuq it-tikketta.

Prodott:Yellow Raisins / żbib isfar
Ditta:Al Baraka BV
Numru tal-kodiċi8719324031844
Użin:250g
Data tad-durabbiltà:20/10/2026

Il-konsumaturi msemmija hawn fuq huma avżati biex ma jikkunsmawx dan il-prodott u huma mitluba jew jarmu l-prodott indikat jew jirritornawh lura minn fejn xtrawh.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefon +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz [email protected].

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI