“Illum Benji Jinsab Għand Il-Veterinarju Għall-Operazzjoni Tiegħu.” – L-Attivista Christa Cilia

Benji

L-attivista għall-annimali Christa Cilia qasmet appell emozzjonanti dwar Benji, kelb li bħalissa qed jiġġieled diversi problemi ta’ saħħa wara li nstab abbandunat.

Fil-messaġġ tagħha, Christa spjegat li Benji ddaħħal għand il-veterinarju sabiex jgħaddi minn operazzjoni importanti wara li nstab li għandu Ehrlichia — marda li tinxtered mill-qurdien — kif ukoll massa f’widintu u boċċa oħra li jeħtieġu kura u intervent mediku immedjat.

Benji bħalissa jinsab taħt il-kura ta’ Manna Rescues, li qed tagħmel minn kollox sabiex tagħtih l-għajnuna u t-trattament li għandu bżonn biex jerġa’ jirkupra.

Christa appellat lill-pubbliku biex jgħin permezz ta’ donazzjonijiet ħalli jkunu jistgħu jkopru l-ispejjeż veterinarji relatati mal-kura tiegħu.

Revolut: revolut.me/mannarescues

IBAN: MT74MBWM07113000000199033850017







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI