Bil-Filmat: Is-Sigla Uffiċjali Tal-Film Illusion Of Faith Kantata Minn Clara Sciberras

Clara Illusions

Ftit ilu ħabbarna li Aleksa Ristović ħadem fuq l-ewwel feature film tiegħu, Illusion of Faith. Il-film jgħaqqad atturi u membri tal-produzzjoni Maltin u internazzjonali bbażati Malta, f’produzzjoni tassew multikulturali.

Illusion of Faith irċieva ħames nominazzjonijiet f’Los Angelis – Best Feature Film, Best International Film, Best Writer, Best Director, u Best Producer.



Issa nistgħu nisimgħu u naraw il-filmat mużikali tas-sigla uffiċjali. Il-kanzunetta tinkludi l-vuċi tal-bravissima Clara Sciberras, il-mużika ta’ Conrad Dimech u l-lirika ta’ Aleksa Ristović innifsu.



Illusion of Faith huwa mistenni jkollu l-premiere tiegħu f’Los Angeles waqt il-Hard Faith Film Festival fil-25 ta’ Ġunju 2026.



Segwu l-filmat mużikali hawn taħt:

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI