Antonella Galea Loffreda U Joseph Galea Se Jkunu Qed Imexxu L-50 Edizzjoni Tal-Festival L-Għanja Tal-Poplu

L-organizzaturi ħabbru li ż-żewġ preżentaturi se jakkumpanjaw lill-udjenza matul lejla speċjali ddedikata għall-mużika Maltija, b'għadd ta' kanzunetti oriġinali interpretati minn artisti lokali.

Din is-sena, il-festival qed jilħaq tragward storiku hekk kif qed jiġi ċċelebrat il-50 anniversarju tiegħu, b'edizzjoni li mistennija tfakkar il-wirt kulturali u mużikali li L-Għanja tal-Poplu bniet tul is-snin. Festival li jiċċelebra l-ħsibijiet, l-aspirazzjonijiet, il-biża', il-ħolm, il-frustrazzjoni, iċ-ċelebrazzjonijiet, il-weġgħat u l-imħabba li l-poplu Malti jesperjenza.

L-organizzaturi qed jistiednu lill-pubbliku jingħaqad magħhom għal din iċ-ċelebrazzjoni u ma jitlifx din is-serata memorabbli. Dawk interessati jistgħu jakkwistaw il-biljetti minn Ticketline.

Ritratti:

Facebook / Għanja tal-Poplu

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI