Il-kantanta lokali Maria Luana qasmet filmat sentimentali mimli emozzjonijiet hekk kif tidher tgħannaq lill-għażiż nannu tagħha, li sfortunatament kien ħalla din id-dinja.
“Minix sinjura, però nħallas ġidi u nerġa’ ngħannqek… sinjura fil-memorji u l-għaqda li ħallejtilna. Inħobbuk għal dejjem, Nann.”
Bosta kkummentaw biex isellmulu kif ukoll biex juru simpatija. Insellmu l-memorja tan-nannu tagħha.