“Int Persuna Speċjali F’Ħajti. Happy Birthday, Qalbi…” – L-Attriċi Svetlana Micallef Lill-Attriċi Alison Abela

L-attriċi Maltija Svetlana Micallef sellmet lil ħabibitha u kollega Alison Abela b’messaġġ mill-qalb fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha. Permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, Svetlana fissret kemm Alison hija persuna importanti f’ħajjitha u kemm iġġib magħha enerġija pożittiva u ferħ lil dawk ta’ madwarha.



“Fil-ħajja, il-Mulej ilaqqgħek ma’ ħafna nies, imma mhux kulħadd jibqa’ jimxi l-mixja miegħek. Iltqajt ma’ din is-sabiħa Alison, li timliek b’ħafna pożittività u kuluri sbieħ,” kitbet Svetlana. Hija kompliet tawguralha aktar imħabba, kuntentizza u barkiet fis-snin li ġejjin, filwaqt li enfasizzat kemm Alison hija persuna speċjali f’ħajjitha.



“Illum nawguralek ħafna aktar imħabba u kuntentizza minn qatt qabel, għax int persuna speċjali f’ħajti. Happy Birthday, qalbi,” temmet tgħidilha. Minn naħa tagħna, ningħaqdu ma’ dawn l-awguri u nawguraw lil Alison Abela għeluq snin mill-isbaħ, mimli saħħa, ferħ u suċċessi.



Ritratti:

Facebook /Svetlana Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI