“Int Tassew Persuna Speċjali U Kburi Li Għandi Lilek Bħala Ommi” – Nathan Psaila

Nathan Psaila qasam messaġġ mimli mħabba u gratitudni hekk kif awgura għeluq snin it-tajjeb lil ommu permezz tal-midja soċjali. “Awguri, għalkemm tard, lill-għażiża ommi,” kiteb Nathan, hekk kif irringrazzjaha għal dak kollu li tagħmel għalih ta’ kuljum.



Huwa kompla jgħid, “Grazzi tal-imħabba u l-għożża kollha tiegħek, u talli dejjem kont l-akbar sostenitriċi tiegħi, tinkuraġġini f’dak kollu li nagħmel.” Nathan ma ħebiex kemm japprezza r-rwol importanti ta’ ommu f’ħajtu, u żied jgħid, “Int tassew persuna speċjali u jien grat immens u kburi li għandi lilek bħala ommi.”



Fit-tmiem tal-messaġġ tiegħu, Nathan awguralha ġurnata mill-isbaħ, filwaqt li qal, “Nittama li din il-ġurnata kienet speċjali daqskemm inti, għax tassew jistħoqqlek.” Messaġġ li bla dubju juri r-rabta sabiħa bejn omm u iben, u li laqat il-qlub ta’ ħafna mis-segwaċi tiegħu.



Ritratti:

Facebook / Nathan Psaila

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI