“Din Hija L-Belt Li Fiha Twelidt U Trabbejt” – L-Avukat Frank  Anthony Tabone

llum, l-10 ta’ Ġunju, qed jiġi ċċelebrat Jum il-Belt Victoria, il-Belt kapitali ta’ Għawdex, li proprju bħal-lum fl-1887 ġiet uffiċjalment elevata bħala ta’ Belt u ngħatat l-isem tagħha.

F’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, l-Avukat u Kandidat Partitarju għal Għawdex, Frank Tabone, fakkar din l-okkażjoni storika filwaqt li esprima l-imħabba kbira tiegħu lejn il-belt li fiha twieled u trabba. “Din hija l-belt li fiha twelidt u trabbejt, belt li dejjem se tibqa’ tokkupa post uniku u għażiż f’qalbi,” kiteb Tabone.



Victoria, magħrufa wkoll bħala r-Rabat Għawdex, hija ċ-ċentru amministrattiv u kulturali tal-gżira Għawdxija. Il-belt hija sinonima maċ-Ċittadella storika tagħha, li matul is-snin saret simbolu tal-identità u l-wirt Għawdxi.



Il-messaġġ ta’ Tabone jfakkar l-importanza storika ta’ din il-belt, kif wkoll ir-rabta emozzjonali li ħafna Għawdxin iħossu lejn din il-belt li ffurmathom bħala poplu Għawdxi.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI