Fuq il-paġna Transport Malta kemm-il darba jinxterdu pariri siewja li huma relatati direttament mal-ħajja ta’ kuljum. Pariri li jistgħu jevitaw diżgrazzji u traġedji.
Hekk kif is-sajf jinsab fuq l-għatba, Transport Malta qasmu parir relatat mas-sigurtà fuq il-baħar. “Il-baħar jaf jidher kalm… sakemm ma jibqax. Fuq il-baħar, żbalji żgħar jistgħu jwasslu għal konsegwenzi kbar,” jikteb it-tim.
Qasmu filmat li juri episodju partikolari. Ejjew inxerrdu l-kelma li qed jippruvaw iwasslu Transport Malta.