“Żagħżugħ Speċjali U Maħbub Minn Kulħadd” – Il-Kunsillier Tal-Fgura Mark Lombardo Jsellem Il-Memorja Ta’ Justin

Mark Lombardo, kunsillier mill-Fgura, sellem il-memorja ta’ Justin permezz ta’ messaġġ emozzjonanti li qasam fuq il-midja soċjali, fejn iddeskrivieh bħala żagħżugħ speċjali li kien maħbub minn kull min kien jafuh.

Lombardo qal li minkejja l-kundizzjoni li kien jgħix biha, Justin dejjem baqa’ persuna ferriħija u determinata li tegħleb kull ostaklu li tiltaqa’ miegħu. Huwa fakkar ukoll iż-żmien meta Justin kien jattendi l-Fgura Scout Group flimkien mal-mibki missieru Tony, li ta servizz kbir lill-grupp għal bosta snin.



Fil-messaġġ tiegħu, Lombardo sellem ukoll lil omm Justin, Tessie, li qal li rabbietu b’għożża kbira u ddedikat ħajjitha kollha għalih. Huwa semma kif fl-aħħar snin kien jiltaqa’ regolarment ma’ Justin fil-bini tal-Kunsill tal-Fgura, fejn kien jattendi d-Day Centre tal-anzjani flimkien ma’ ommu. Żvela wkoll li l-aħħar darba li rah kienet il-ġimgħa li għaddiet fl-isptar, fejn Justin qatta’ l-aħħar ġimgħat ta’ ħajtu.



L-aħħar tislima lil Justin ingħatat dalgħodu fil-Knisja Parrokkjali tal-Fgura fit-8:30. Nagħtu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familja, il-ħbieb u lil dawk kollha li kellhom il-privileġġ li jkunu jafuh f’dan il-mument diffiċli.



Ritratti:

Facebook / Tessie Guillaimier

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI