Lorinda Mamo toffri perspettiva dwar il-ħajja li ġġiegħlna naħsbu. Hi tispjega li dejjem inħossu l-bżonn ta’ xi ħaġa oħra biex verament inkunu kuntenti, iżda jekk nieqfu ftit u naħsbu, nirrealizzaw li l-ħajja, hi kif inhi, xorta għandha t-tajjeb tagħha.
Hi spjegat, “Għandi bżonn nixtri ħaġa waħda oħra, nagħmel ħaġa waħda oħra, insewwi ħaġa waħda oħra… inġorru fina din il-lista li qatt ma tispiċċa, ta’ affarijiet li naħsbu li rridu qabel ħajjitna tista’ fl-aħħar tinħass tajba. Ma nagħtux lilna nfusna ż-żmien biex inħarsu lejn dak li diġa qiegħed hemm. Forsi s-sigriet hu sempliċiment… li tinnota? Mhux dak li m’għandniex, imma dak li diġa qiegħed hemm.”
Qalet ukoll, “Jien nemmen fl-importanza ta’ tlajja u nżul. Ikollna ġranet diffiċli u oħrajn tajbin, dak hu l-bilanċ, u dan iħallik verament tara li ħajtek hi tajba. Forsi mhix perfetta, forsi kkumplikata, imma b’xi mod, fis-skiet, xorta tajba. M’għandekx bżonn dik l-aħħar ħaġa.”
Facebook / Lorinda Mamo