“Ftit Tax-Xhur Ilu Konna Biss Noħolmu Dwar Mumenti Bħal Dawn. Issa, Qed Jiġru Quddiem Għajnejja” – Jasmine’s Journey B’Aħbar Eċitanti

B’qalb tfur bi mħabba u ferħ, omm Jasmine qasmet aħbr eċitanti mas-segwaċi tal-paġna ‘Jasmine’s Journey’. Flimkien ma’ Jasmine, irnexxielhom isibu mod kif jifhmu l-ħsibijiet li kienu dejjem fiha, u b’dan il-mod Jasmine irnexxielha tgħid ‘Xi sħana’.

Ommha spjegat, “Kemm il-darba għedtu ‘Xi sħana’ llum? Aqtgħu xiex… Jasmine qalitha wkoll. Ftit tax-xhur ilu konna biss noħolmu dwar mumenti bħal dawn. Issa, qed jiġru quddiem għajnejja. Għal snin, kont naf li hemm ħafna iktar ġo fiha milli kienet kapaċi turi lid-dinja. Kienet imsakkra f’ġisem li mhux dejjem jikkoopera, u b’xi mod, flimkien, sibna mod biex leħinha jinstema.”



Żiedet tgħid, “Kull meta tikkomunika xi ħaġa b’mod indipendenti, inħoss li qed tintroduċina ma’ parti oħra mill-persuna li hi dejjem kienet. Għaliex wara kull kelma, hemm tifla żgħira tfakkar lid-dinja li għandha ħafna xi tgħid. U nagħtik il-kelma tiegħi Jas, li aħna qed nisimgħu.”





Ritratti:

Facebook / Jasmine’s Journey

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI