Taħlita Ta’ Emozzjonijiet, U Iktar Drama –  Illejla Fil-Villa Ta’ Love Island Malta

Fl-ewwel ħarsa lejn l-episodju tal-lejla, naraw kontinwazzjoni tar-recoupling li spiċċajna bih fl-aħħar episodju. Ilbieraħ tħallejna bil-mistoqsija ta’ jekk Giuseppe daħalx lura waħdu jew ma’ xi ħadd, filwaqt li Anthea ħadet id-deċiżjoni li tagħżel koppja ġdida.

Illejla se niskopru wkoll jekk Hayley hux se tagħżel li tibqa’ f’koppja ma’ Zack jew tagħżel lil xi ħadd ieħor, filwaqt li nsiru nafu wkoll jekk Zack daħalx waħdu jew le.

Amy tinsab kemmxejn emozzjonata għaliex tidher bid-dmugħ f’għajnejha f’biċċa mill-filmat, filwaqt li Neil ukoll jidher li se jibda jibki. Tgħid ħalla l-villa xi ħadd? Jew ittieħdet deċiżjoni emozzjonali?



Insiru nafu dan kollu u iktar illejla fl-għaxra ta’ filgħaxija!





Ritratti:

Facebook / Love Island Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI