Bħal daż-żmien sena bosta tħallew maħsuda u mnikkta bl-aħbar li ċ-ċkejken Nate kien ħalla din id-dinja.
F’għeluq sena mill-mewta sfortunata tiegħu, ommu Lara fissret fuq il-midja soċjali kif għadha taħseb dwar binha kuljum u tittama tal-anqas li minn fejn jinsab, hu jaf kemm hi għadha tħobbu.
“Inti għallimtni x’inhi l-vera mħabba,” saħqet Lara f’kitba emozzjonanti fejn stqarret li binha għallimha kif tkun reżiljenti u ma taqta’ qalbha qatt.
L-omm tkellmet dwar il-bosta battalji li binha kellu jaffaċja matul ħajtu, b’mod partikolari l-ġlieda tiegħu kontra l-marda li ħakmitu li spiċċat temmitlu ħajtu sfortunatament.
Omm Nate imbikkma titkellem dwar kif bosta jgħidu li ż-żmien ifejjaq. Hi tistqarr li minkejja li għaddiet sena għadha tħoss vojt kbir ġewwa fiha hekk kif in-nuqqas ta’ binha mhuwiex faċli għaliha.
Kuraġġ!
Facebook / Lara Mallia