Il-kantanta lokali Lyndsay Pace qasmet messaġġ biex tiċċelebra għeluq l-ewwel sena ta’ bintha Jenny.
Permezz ta’ kliem mimli mħabba u gratitudni, Lyndsay esprimiet kemm il-wasla taċ-ċkejkna bidlet ħajjitha u dik tal-familja tagħha għall-isbaħ, u qalet li Jenny mliet ħajjithom b’imħabba, ferħ u kuntentizza li qatt ma kienu jimmaġinaw.
Lyndsay irrakkontat kif li tara lil bintha tikber, titgħallem u tiskopri d-dinja ta’ madwarha kienet waħda mill-akbar barkiet li qatt esperjenzat.
Hija sostniet li hi u l-familja tagħha huma kburin ħafna bit-tifla ċkejkna li Jenny qed issir, filwaqt li ħerqana biex joħolqu aktar memorji sbieħ flimkien fis-snin li ġejjin.
Nawguraw liċ-ċkejkna Jenny!