“Tħallix Il-Weġgħa Tiddefinik” – Josette Busuttil Tagħmel Il-Kuraġġ Lil Dawk Li Għandhom Bżonn

Il-Viċi Sindku ta’ Birżebbuġa, Josette Busuttil, qasmet messaġġ mimli tama u kuraġġ għal dawk kollha li għaddejjin minn żmien diffiċli. Hi kitbet dwar dawk il-mumenti fejn persuna tistaqsi lilha nnifisha “għala jien?”, iżda fl-istess waqt appellat biex ħadd ma jħalli l-uġigħ jiddefinih.



Busuttil fakkret li dak li wieħed jagħti qatt ma jkun għalxejn, anke meta ma jiġix apprezzat kif suppost. Sostniet li l-valur ta’ persuna ma jonqosx minħabba n-nuqqas ta’ apprezzament minn ħaddieħor.



“Minn għadda mid-dlam u baqa’ b’qalb tajba, għandu saħħa li ħadd ma jista’ jeħodhielu,” kitbet hi. Temmet il-messaġġ tagħha b’nota pożittiva, fejn qalet li “l-aqwa paġna tal-istorja tiegħek għadha ma nkitbitx.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI