Post li qajjem diskussjoni interessanti fuq il-midja soċjali staqsa mistoqsija relatata mal-festi tar-raħal. “Il-parties li jsiru fil-ġimgħa tal-festa qed jibdlu t-tradizzjonijiet marbuta mal-festa tipika Maltija?”
Is-suġġett fetaħ dibattitu dwar kif il-festi tal-lokalitajiet evolvew matul is-snin, b’xi wħud iqisu dawn l-attivitajiet moderni bħala żieda pożittiva għall-atmosfera tal-festa, filwaqt li oħrajn jemmnu li qed ibiegħdu l-attenzjoni mill-elementi tradizzjonali li għal snin twal kienu fil-qalba tal-festa Maltija.
Minkejja d-diversi opinjonijiet, ħaġa waħda tibqa’ ċerta: il-festa tar-raħal għadha waħda mill-aktar avvenimenti mistennija mis-soċjetà Maltija. It-toroq imżejna bid-dwal, il-bandalori fil-pjazez, il-marċi brijjużi tal-baned u l-atmosfera unika li timla kull rokna tar-raħal.
Għidilna fil-kummenti x’taħseb dwar dak li staqsa t-tim ta’ AWLA?