Miss World Malta 2025 Suwaida Bugeja Uffiċjalment Tabiba – Tilħaq Mira Li Dejjem Ħolmot Dwarha!

Miss World Malta 2025, Suwaida Bugeja, għandha raġuni oħra kbira biex tiċċelebra hekk kif uffiċjalment gradwat bħala tabiba, u kisbet it-titlu ta’ Dr. Suwaida Bugeja M.D. F’messaġġ emozzjonanti li qasmet fuq il-midja soċjali, Suwaida rringrazzjat lil Alla talli mexxiha f’kull pass tal-vjaġġ tagħha, filwaqt li stqarret li dak li darba kien jidher impossibbli issa sar realtà.

“L-ewwel nett, nirringrazzja lil Alla talli ggwidani f’kull pass tat-triq. Dak li darba kien jidher impossibbli issa sar realtà. Għal kull lejl twil ta’ studju, kull sagrifiċċju, kull sfida u kull lezzjoni li wassluni sa hawn,” kitbet Suwaida.



Hija esprimiet ukoll il-gratitudni tagħha lejn dawk li kienu ta’ sostenn matul is-snin tal-istudju tagħha, b’mod partikolari lis-sieħeb tagħha Daniel, lill-ġenituri tagħha Pawlu Bugeja Vella u ommha, lil oħtha Iolanthe, kif ukoll lill-familja u l-ħbieb tagħha.



Din il-kisba timmarka kapitlu ġdid fil-ħajja ta’ Suwaida, li matul l-aħħar sena rrappreżentat lil Malta bħala Miss World Malta 2025 b’dedikazzjoni u eleganza. Issa, minbarra t-titlu prestiġjuż tagħha fil-qasam tas-sbuħija, se tkun qed tibda wkoll karriera fil-qasam mediku, fejn żgur li se tkompli tagħmel differenza fil-ħajja ta’ ħafna nies.



Minn naħa ta’ Gwida, nagħtu l-awguri sinċieri lil Dr. Suwaida Bugeja għal din il-kisba straordinarja u nawgurawlha kull suċċess għall-futur tagħha.

Ritratti:

Facebook / Suwaida Bugeja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI