Id-Deputat Parlamentari Għawdxi Beppe Galea iċċelebra għeluq it-30 sena tiegħu b’messaġġ ta’ ringrazzjament u riflessjoni fuq il-vjaġġ politiku tiegħu s’issa. Fuq il-midja soċjali, Galea qal li filwaqt li qed jagħlaq 30 sena, l-ikbar rigal li rċieva ma kienx wieħed materjali, iżda l-fiduċja li tawh il-poplu Għawdxi u dawk li emmnu fih tul il-karriera tiegħu.
“F’għeluq it-30 sena tiegħi ngħożż l-ikbar rigal li rċevejt: il-fiduċja t’Għawdex li eleġġieni f’ismu u tal-Kap li emmen fija bl-istess mod li emmint fih,” kiteb Galea. Huwa kompla billi rringrazzja lil dawk kollha li tawh l-appoġġ tagħhom matul is-snin, filwaqt li esprima l-apprezzament tiegħu għar-rispett u l-fiduċja li rċieva.
“Grazzi tar-rispett u l-appoġġ tagħkom,” żied jgħid. B’ton aktar ħafif, Galea temm il-messaġġ tiegħu billi qal li wara perjodu impenjattiv, iħoss li ħaqqu ftit ħin ta’ mistrieħ. Il-messaġġ ġab miegħu numru ta’ awguri mingħand ħbieb, kollegi u segwaċi tiegħu, li ngħaqdu biex jawgurawlu kull ġid f’dan il-jum speċjali.
Minn naħa tagħna, nawguraw lil Beppe Galea għeluq snin mill-isbaħ u aktar suċċess fis-snin li ġejjin.
Facebook / Beppe Galea