“Din Hija Responsabbiltà Kbira Li Qed Nilqa’ B’Sens Ta’ Dmir Lejn Il-Pajjiż” – L-Onorevoli Carmelo Abela

Dr. Carmelo Abela huwa politiku Malti li ilu għal snin twal attiv fil-ħajja parlamentari u governattiva. Hu serva f’diversi karigi importanti fil-Gvern ta’ Malta, fosthom bħala Ministru responsabbli minn oqsma bħall-affarijiet Ewropej u l-intern. Abela huwa magħruf għall-esperjenza tiegħu fil-politika Maltija u għall-involviment tiegħu f’deċiżjonijiet nazzjonali ewlenin.

Il-Prim Ministru Dr. Robert Abela ħabbar fuq Facebook li se jinnominah bħala Speaker li jmiss tal-Kamra tad-Deputati u saħaq li “l-esperjenza twila li għandu fil-Parlament, ir-rettezza u l-integrità tiegħu jagħmluh persuna idoneja biex jokkupa kariga tant importanti li biha jmexxi l-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna”.



Abela qal, li jħoss din il-ħatra bħala unur kbir u responsabbiltà importanti, peress li l-Ispeaker huwa t-tielet l-ogħla kariga fl-Istat Malti u għandu rwol ċentrali fil-ħidma tal-Parlament.



Huwa spjega wkoll li se jkollu jċedi s-siġġu parlamentari tiegħu sabiex tiġi rispettata r-rieda tal-elettorat. F’messaġġ tiegħu, irringrazzja lil dawk li appoġġjawh u wiegħed li se jkompli jaħdem b’integrità, esperjenza u impenn lejn il-pajjiż.

Fl-istess ħin, sellem ukoll lil Anġlu Farrugia għas-snin twal ta’ servizz tiegħu bħala Speaker tal-Parlament Malti.



Ritratti:

Facebook/Dr. Carmelo Abela u Dr. Robert Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI