“Jekk Nagħmel Persuna Waħda Kuntenta Kuljum, Biżżejjed Għalija” – Guilherme

Guilherme  għadu kif iċċelebra  moment speċjali hekk kif il-paġna tiegħu Guilherme’s Journey of Hope laħqet is-7,000 segwaċi.

F’kumment tiegħu mimli emozzjoni, huwa rringrazzja lil dawk kollha li jsegwuh u sostnew il-vjaġġ tiegħu matul is-snin. Guilherme jinsab kuntent ħafna li rnexxielu jilħaq aktar nies u joffrilhom messaġġi ta’ ispirazzjoni.

“Jekk b’din il-paġna nagħmel persuna waħda kuntenta kuljum, għalija jkun biżżejjed,” kiteb Guilherme, filwaqt li żied kliem ta’ ringrazzjament lil kull min jagħmel parti mill-komunità li nbniet madwar il-paġna tiegħu.Il-messaġġ intlaqa’ b’ħafna reazzjonijiet pożittivi minn segwaċi li faħħru l-ispirtu ta’ kuraġġ, tama u pożittività li Guilherme dejjem iwassal permezz tal-pubblikazzjonijiet tiegħu.

“Grazzi lil kull wieħed u waħda minnkom,” temm jgħid, filwaqt li ċċelebra dan il-mument speċjali mas-segwaċi tiegħu. 







Ritratti:

Fb/ Guilherme’s journey of hope

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI