Illum qed jiċċelebra għeluq sninu Fr Hermann Duncan, saċerdot Karmelitan magħruf għall-ħidma pastorali u l-kontribut tiegħu fil-qasam tal-kitba reliġjuża.
Fr Hermann ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Lulju 1988 u matul is-snin serva f’diversi rwoli fi ħdan l-Ordni Karmelitan. Fost oħrajn, huwa għamel numru ta’ snin bħala Pirjol tal-komunità Karmelitana tal-Fgura. Fiż-żmien preżenti jinsab irtirat fid-Dar tal-Kleru f’Birkirkara.
Minbarra l-ħidma pastorali tiegħu, Fr Hermann huwa wkoll kittieb regolari f’diversi rivisti u ġurnali ewlenin, fejn permezz tal-kitbiet tiegħu kompla jwassal messaġġi ta’ riflessjoni u spiritwalità.
Nawgurawlu saħħa, paċi u ħafna barkiet f’dan il-jum speċjali.
Fb/ Mark Lombardo