“Grazzi Mill-Qalb”- Il-Kantant Lokali Aldo Busuttil lbieraħ Iċċelebra Għeluq Sninu

Ilbieraħ, il-kantant Aldo Busuttil iċċelebra għeluq sninu u ftit tal-ħin ilu qasam messaġġ ta’ gratitudni mas-segwaċi tiegħu fuq il-midja soċjali, fejn esprima l-apprezzament tiegħu lejn il-ħafna persuni li ħasbu fih u bagħtulu x-xewqat tagħhom.



Fil-messaġġ tiegħu, Aldo qal li jinsab tassew grat għall-ħin li n-nies ħadu biex jibagħtulu l-isbaħ xewqat, filwaqt li talab ftit paċenzja mingħand dawk li għadu ma weġibhomx. “Jekk għadni ma weġibtx lil kulħadd, nitlobkom ftit paċenzja. Se nagħmel l-almu tiegħi biex nirrispondi personalment lil kull wieħed u waħda minnkom,” kiteb il-kantant.



Aldo temm il-messaġġ tiegħu billi rringrazzja lis-segwaċi tiegħu għall-imħabba, il-ħbiberija u l-appoġġ li dejjem juruh. Il-kliem tiegħu ġie milqugħ b’reazzjonijiet pożittivi minn bosta segwaċi, li faħħru l-umiltà u l-apprezzament tiegħu lejn dawk li jkomplu jappoġġjawh tul il-karriera tiegħu.



Ritratti:

Facebook / Aldo Busuttil

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI