L-ansjetà hija realtà li ħafna nies jesperjenzaw b’modi differenti, u ħafna drabi ma tkunx tidher minn barra, hekk kiteb Nicholas Briffa fuq Facebook. Hija sensazzjoni ta’ biża’, inkwiet jew tensjoni li tista’ taffettwa l-ħajja ta’ kuljum, u kultant tkun akkumpanjata minn attakki ta’ paniku, ansjetà soċjali u ksenofobiji.
F’dawn il-mumenti, il-kliem u l-appoġġ ta’ nies ta’ madwarna jistgħu jagħmlu differenza kbira. Frażijiet sempliċi bħal “tinsab tajjeb/tajba?”, “jekk trid titkellem jien hawn għalik” jew “l-emozzjonijiet tiegħek mhumiex stupidi” jgħinu biex il-persuna tħossha mifhuma u mhux waħedha.
Importanti wkoll li noffru spazju u ħin, mingħajr pressjoni, u nfakkru li dawn is-sentimenti jgħaddu anke jekk f’dak il-mument jidhru kbar wisq. Barra minn hekk, l-empatija tfisser li ma niġġudikawx u ma nnaqqsux mill-esperjenza ta’ ħaddieħor. Frażijiet bħal “m’intix qed tiġġennen” jew “jiena nħobbok, jiġri x’jiġri” jistgħu jkunu ta’ serħan kbir.
Fl-aħħar nett, huwa importanti li nħeġġu lil min qed ibati jfittex għajnuna professjonali minn servizzi u organizzazzjonijiet speċjalizzati. L-ansjetà tista’ tkun diffiċli, iżda bl-appoġġ it-tajjeb u fehim, wieħed jista’ jsib triq lejn aktar serħan u bilanċ.
Facebook/Nicholas Briffa