Deejay Lino qasam aġġornament dwar saħħtu ġimgħa wara li kien involut f’inċident bil-mutur li ħallieh bi ġrieħi f’spalltu. F’messaġġ fuq il-midja soċjali, huwa spjega li l-inċident seħħ minħabba “nuqqas ta’ ħaddieħor” u li b’riżultat tiegħu “spiċċajt qlajt spallejja.”
Lino qal li bħalissa għandu driegħu marbut u li ma jistax jagħmel kważi xejn, filwaqt li sostna li l-fejqan jeħtieġ iż-żmien tiegħu. “Ilni ġimgħa mill-inċident li kelli bil-mutur. Sfortunatament għandi marbut u ma nistax kważi nagħmel xejn imma n-natura trid tieħu l-ħin tagħha,” kiteb.
Huwa ħa l-opportunità biex jirringrazzja lill-mijiet ta’ persuni li bagħtulu messaġġi ta’ appoġġ u awguri għall-fejqan ta’ malajr. “Nixtieq nirringrazzja lill-mijiet li bagħtuli għall-fejqan ta’ malajr u dawk kollha li mlewni bil-kuraġġ għax moralment kont ħażin ħafna,” qal Deejay Lino.
F’isem it-tim ta’ Gwida nawgurawlu fejqan ta’ malajr.
Facebook / Deejay Lino