Ħafna baqgħu sorpriżi meta raw lill-attriċi Kerry Ingram waqt il-festa tal-Imqabba, iżda jidher li ż-żjara tagħha ma kinitx b’kumbinazzjoni.
Kerry Ingram, magħrufa l-aktar għar-rwol tagħha ta’ Shireen Baratheon fis-serje popolari ‘Game of Thrones’, għandha rabtiet familjari b’saħħithom ma’ Malta. L-attriċi żvelat li n-nannu tagħha huwa mill-Imqabba u li hi żżur Malta b’mod regolari, tant li tattendi wkoll il-festa tar-raħal. Ommha wkoll trabbiet bejn Malta u l-Ingilterra u dan għen biex iżżomm ħajja l-konnessjoni tagħha mal-gżejjer Maltin.
F’filmat li ttella’ u nxtered fuq Instagram, Kerry qalet li Malta hija l-aktar destinazzjoni favorita tagħha fid-dinja. Fil-fatt, hija żaret pajjiżna ħames darbiet is-sena li għaddiet u diġà ġiet erba’ jew ħames darbiet oħra matul din is-sena.
“Żgur li nirrakkomanda lil Malta,” qalet Kerry. “Hawn taħlita sabiħa ta’ rilassament fuq il-bajjiet, Storja u kulutura interessanti, kif ukoll postijiet mill-isbaħ fejn iddur u tiskopri,” temmet tgħid.
Fb/ Kerry Ingram & Tal-Ġilju Mqabba