“Kemm Inħobbu L-Imħar” – Helena Dalli Taqsam Memorja Ħelwa Mit-Tfulija Tagħha

Helena Dalli qasmet mument mimli nostalġija fuq il-midja soċjali hekk kif tellgħet ritratt ta’ xi mħar; ikel tradizzjonali li għal ħafna Maltin ifakkarna fi żminijiet aktar sempliċi.

Fil-messaġġ tagħha, Helena staqsiet lis-segwaċi tagħha jekk ilhomx ma jaraw imħar, qabel esprimiet kemm tħobbhom u kemm iqanqlulha memorji sbieħ mit-tfulija tagħha.“Kemm inħobbu; ifakkarni fi tfuliti meta konna naqilgħuhom u niekluhom fil-baħar stess,” kitbet Helena, filwaqt li żiedet emoji tal-qalb biex turi l-apprezzament tagħha għal dawn il-memorji.



Hija rringrazzjat ukoll lill-ħabiba tagħha Connie u lil żewġha Ray, li waqt żjara tagħhom fil-Ħofriet ftakru fiha u ġabulha xi mħar.



Il-kitba ta’ Helena qanqlet sens ta’ nostalġija fost diversi segwaċi tagħha, b’ħafna jfakkru fit-tfulija tagħhom stess!



Ritratti:

Fb/ Helena Dalli & Il-Miklem

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI