Bil-Filmat: “Ma Nistax Insalvahom Kollha… Imma Nista’ Ngħin Lil Xi Wħud” – Il-Messaġġ Emozzjonanti Ta’ Althea Gatt

L-attivista għall-ħarsien tal-annimali Althea Gatt qasmet messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali dwar il-ħidma tagħha favur l-annimali abbandunati u fil-bżonn. Fil-messaġġ tagħha, hija indirizzat kumment li tisma’ spiss, “Ma tistax issalvahom kollha.”

Althea ammettiet li huwa minnu li ma tistax issalva kull kelb abbandunat jew twaqqaf kull att ta’ moħqrija, iżda spjegat li dan qatt ma kien l-għan tagħha.



“Jien nagħmilha għal dawk li nista’ ngħin,” kitbet, filwaqt li semmiet il-klieb li jsibu saqqu sigur flok it-triq, il-ġriewi li jsibu familja minflok gaġġa u l-annimali li jitgħallmu jafdaw lill-bnedmin mill-ġdid. “L-għan qatt ma kien li nsalvahom kollha. L-għan kien li, għal kemm jista’ jkun minnhom, l-istorja tagħhom ma tintemmx hemm,” sostniet.



Althea temmet billi qalet li kull ħajja mibdula, kull denb iferfer jew jitbandal bil-ferħ u kull annimal li finalment iħossu sigur jagħmlu l-isforz kollu tagħha verament prezzjuż.

Messaġġ li jfakkar fl-impatt li persuna waħda tista’ tagħmel, anke jekk ma tkunx tista’ tbiddel kollox.



Ritratti:

Facebook / Althea Gatt

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI