B’doża tajba ta’ umoriżmu, Brian Farrugia jiċċelebra għeluq is-57 sena tiegħu b’messaġġ li ġab tbissima fuq wiċċ is-segwaċi tiegħu. “57… Qaddsa x’nixjieħ… dalwaqt bil-kara’ anzjan,” kiteb fuq il-midja soċjali hekk kif irringrazzja lil dawk kollha li ftakru fih f’dan il-jum speċjali.
Huwa esprima l-apprezzament tiegħu lejn kull min bagħatlu l-awguri u messaġġi sbieħ, kif ukoll lejn dawk li, kif qal hu stess, “ilbieraħ għamlu minn kollox biex ikolli ġurnata aħjar.” Filwaqt li beda sena ġdida f’ħajtu, huwa qal li issa qed jistenna biex jara x’se toffrilu l-età ta’ 57 sena.
“J’Alla ħafna saħħa u kuntentizza…. u iktar bluħat,” temm jgħid b’ċajta. Minn hawn nawgurawlu għeluq snin sabiħ u sena mimlija saħħa, ferħ u mumenti sbieħ. Kompli oħloq tbissima fuq wiċċ dak li jkun!
Facebook / Brian Farrugia