Bosta llum qed jawguraw l-isbaħ xewqat lill-Professur Andrew Azzopardi li twieled fit-18 ta’ Ġunju tal-1970 u allura llum qed jiċċelebra l-età ta’ 56 sena.
Andrew huwa xandar fuq l-istazzjon uffiċjali tal-Università ta’ Malta hekk kif kull nhar ta’ Sibt filgħodu hu jippreżenta programm li jikkonsisti ta’ diskussjoni dwar temi kurrenti u kontroversjali li jolqtu l-interess tal-pubbliku inġenerali.
Fil-ħidma tiegħu, il-Profs ifittex li jagħti vuċi lil dawk l-iżjed vulnerabbli u emarġinati fis-soċjetà fosthom il-ħabsin kif ukoll l-immigranti.
Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu!
X / Andrew Azzopardi u Facebook / Andrew Azzopardi