“F’Tebqa’ T’għajn, It-Tieni Wieħed Jagħlaq 18-Il Sena.” – Il-President Tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola F’Għeluq Snin Binha

Jum speċjali fil-familja ta’ Roberta Metsola hekk kif binha għalaq 18-il sena. Il-President tal-Parlament Ewropew qasmet il-ferħ tagħha fuq il-midja soċjali b’messaġġ qasir iżda mimli emozzjoni. Fuq il-paġna tagħha, Metsola kitbet, “F’tebqa’ t’għajn, it-tieni wieħed jagħlaq 18-il sena.”, ma’ dan hi qasmet ukoll ritratt li jfakkar dan il-jum speċjali għall-familja tagħha.



Il-messaġġ ġab miegħu reazzjonijiet ta’ awguri minn bosta persuni li segwew il-kariga tagħha, filwaqt li ħafna nnutaw kemm jgħaddi malajr iż-żmien meta t-tfal jikbru. Metsola, li hija omm ta’ erbat itfal, kultant taqsam mumenti mill-ħajja familjari tagħha minkejja l-impenji kbar tagħha fuq livell Ewropew.



F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil binha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b’dak li jixtieq, filwaqt li jkollu sena mimlija saħħa, paċi u ferħ.



Ritratti:

Facebook / Roberta Metsola

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI