Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-membru parlamentari Miriana Calleja Testaferrata de Noto sellmet il-memorja ta’ ommha li ħalliet din id-dinja.
Hi qalet, “Ma’ ġejt inkellmek ftit. Suppost dan huwa wieħed mill-isbaħ mumenti ta’ ħajti, imma qisu qed inħoss xi ħaġa nieqsa. Ma nistax nifraħ kif suppost, għax ma nistax naqsam dan il-mument miegħek. Kollox inħossu bittersweet.”
Żiedet tgħid, “Waqt il-kampanja kont inħossok miegħi. Imma issa nistaqsi: kieku kont hawn, x’kont tgħidli? Kif kont tkun qed tħossok? Inħobbok ħafna, Ma. Kun miegħi f’dan il-vjaġġ.”
Miriana Calleja Testaferrata de Noto